Lokali

61 immigrant irregolari ieħor jiddaħlu Malta

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw u daħħu Malta madwar 61 immigrant irregolari ieħor.

Kien tard wara nofsinhar li ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għas-Salvataġġ ta’ Malta li kien mgħarraf li kien hemm dgħajsa f’diffikulta 71 mil nawtiku fin-nofsinhar ta’ Malta.

Fuq id-dgħajsa nstab li kien hemm 61 immigrant li ġew salvati mil-lanċa tal-Forzi Armati Maltin.

Huma ddaħħlu f’Xatt it-Tiben.

Din hi l-istess dgħajsa li dwarha għamel tweet Matteo Salvini:

Tweet ta’ Salvini b’immigranti fiż-żona Maltija ta’ salvataġġ toħloq kwistjoni ġdida