Futbol Sport

Ancelotti jagħmel id-debutt bħala kowċ ta’ Napoli b’rebħa fuq Lażio

Carlo Ancelotti (Ritratt: EPA)

Carlo Ancelotti ddebbutta b’rebħa fit-tmexxija ta’ Napoli b’rebħa importanti ta’ 2-1 fuq Lazio. Kien it-tim ta’ Simone Inzaghi li mar minn fuq fil-25 minuta. CIRO IMMOBILE rċieva ballun fit-tul u minkejja li kien issikkat minn tliet difensuri, ġibed il-ballun fuq ix-xellug u għeleb lil Orestis Karnezis b’xutt sabiħ għar-rokna.

Napoli kienu għoddhom ġabu d-draw fil-41 minuta b’xutt mir-rebound ta’ Arkiadiusz Milik wara li Thomas Strakosha ma żammx xutt mill-kaxxa, iżda l-gowl tħassar. Madankollu Napoli ġabu d-draw eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Lorenzo Insigne krossja lejn Jose Callejon li niżżel lejn Arkiadiusz Milik li skorja mill-viċin.

Napoli skorjaw il-gowl tar-rebħa mas-siegħa logħob b’xutt għar-rokna mill-isbaħ ta’ LORENZO INSIGNE.