Lokali

Arrestata wara li ġabet droga f’pakkett bil-posta mill-Istati Uniti

Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u minn uffiċjali tad-Dwana wasslet għall-arrest ta’ mara ta’ 29 sena wara li fil-jiem li għaddew impurtat madwar 600 gramma droga suspettata mill-pjanta tal-Kannabis.

Skont il-Pulizija, il-mara toqgħod is-Swieqi u d-droga ġiet impurtata ġo pakkett mibgħut bil-posta mill-Istati Uniti.

Il-Pulizija qalu li l-mara qed tinżamm biex tgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejin u mhux eskluż li titressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin b’akkużi ta’ assoċjazzjoni fl-importazzjoni, il-pussess u t-traffikar ta’ droga.