MOSTA……………… 1 ST. ANDREWS…… 3
Mosta: A Vella, R. Romao, I. Edet, T. Farrugia, J. Brincat (J. Grech 80’), M. Sammartino, K. Zammit (K. Frendo 84’), K. Hirose, D. Xuereb (F. Mazzavillani 60’), M. Miranda Gomez, R. de Oliveira
St. Andrews: M. Calleja Cremona, A. Borg, J. Vandelannoite, T. Blagrove, A. Satariano, , J. Farrugia (M. Veselji 83’), M. Woo Ling, K. Butler (D. Debono 89’), A. Brown (M. D’Allesandro 68’), M. Davis, K. Atkinson
Imwissija: K. Butler 17’, M. Woo Ling 18’, A. Satariano 25’, T. Blagrove 49’, A. Borg 64’ (S), K. Hirose 43’ (M)
Tkeċċa: A. Borg 88’ (S)
Skorjaw: K. Atkinson 4’ pen, 57’, 74’ (S), R. De Oliveira 13’ (M)
Referee: Emanuel Grech
Assistenti Referees: Duncan Sultana, Darko Stankovic
Il-Mument Plejer tal-logħba: Kevaughn Atkinson (St. Andrews)
St. Andrews bdew il-kampjonat b’rebħa meritata, fejn fil-fażi offensiva kienu tajbin u ddominaw id-difiża ta’ Mosta. Għal ħafna ħinijiet huma kellhom l-inizjattiva fejn bdew jiddettaw il-logħob, b’Mosta ma jagħmlux reazzjoni fit-tieni taqsima wara t-tieni gowl ta’ Atkinson.
St. Andrews fetħu l-logħba bl-aħjar mod possibbli meta fetħu l-iskor wara erba’ minuti. Ir-referee Emanuel Grech ordna penalty wara li l-ballun deher jaħbat fil-kaxxa ma’ id Romeu Romao. Mill-11-il metru, KEVAUGHN ATKINSON għeleb lil Andreas Vella b’xutt b’saħħtu.
Ir-reazzjoni ta’ Mosta kienet tajba u rnexxielhom iġibu d-draw fit-13-il minuta meta RENAN DE OLIVEIRA rċieva mingħand Massimo Sammartino u b’xutt b’saħħtu fuq l-ewwel lasta għeleb lil Matthew Calleja Cremona.
St. Andrews setgħu marru minn fuq minuta wara, b’ħarba tajba ta’ Martin Davis, bix-xutt finali jkun salvat f’korner minn Vella. Ċans ieħor għat-tim ta’ Johann Scicluna fid-29 minuta b’xutt minbarra l-kaxxa ta’ Amoy Brown li stampa mal-lasta, biex minuta wara Atkinson kellu xutt destinat fix-xibka mxellef f’korner.
L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess. St. Andrews kellhom okkażjoni tad-deheb fl-54 minuta meta Kyle Butler spara għoli minn pożizzjoni ideali wara kross fil-baxx ta’ Brown. Iżda St. Andrews marru fil-vantaġġ tliet minuti wara b’Amoy Brown jgħaddi fit-tul lejn KEVAUGHN ATKINSON li antiċipa l-ħarġa ta’ Vella u skorja.
Il-Viola għalqu l-logħba fl-74 minuta meta Kyle Butler qassam lejn KEVAUGHN ATKINSON li minn pożizzjoni angolata sammar il-ballun wara Vella. Tliet minuti wara, Martin Davis kien imċaħħad minn Andreas Vella bl-għajnuna wkoll tal-wieqfa.
//= $special ?>