Lokali

Evelyn Vella Brincat tingħata l-Aħħar Tislima t-Tlieta filgħodu

Il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Evelyn Vella Brincat, li tilfet il-ġlieda kontra l-mewt tard ilbieraħ filgħaxija, se tingħata l-Aħħar Tislima t-Tlieta fit-8.30am fil-Knisja tal-Balluta.

Kienet bintha Desiree li ħabbret dan fuq Facebook, fejn appellat ukoll lil dawk li jixtiequ jattendu biex preferibbilment ma jilbsux l-iswed, iżda lbies ikkulurit.

Dan skont ix-xewqa ta’ Evelyn stess, li kienet qalet lill-qraba tagħha li tixtieq li l-Aħħar Tislima tingħatalha f’sens ta’ ċelebrazzjoni tal-ħajja.

Il-Familja Vella Brincat qed tappella wkoll biex minflok fjuri, jintbagħtu għotjiet ta’ karità lill-Hospice Movement.