Il-familja tal-kantanta leġġendarja Amerikana Aretha Franklin ħabbru li l-funeral tagħha se jsir nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu f’Detroit.
Franklin mietet il-Ħamis f’eta ta’ 76 sena minħabba kanċer.
Tħabbar li qabel il-funeral, it-tebut tagħha kien se jkun espost għall-pubbliku għal jumejn fiċ-Charles H. Wright Museum of African American History biex imbagħad isir funeral privat fil-Greater Grace Temple u wara ssir id-difna fil-Woodlawn Cemetery f’Detroit u fejn midfuna l-familja tagħha.
Il-funeral ta’ Aretha Franklin se jsir fil-31 ta’ Awwissu


