Numru ta’ Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejjħu fil-Mellieħa ftit wara nofs il-lejl hekk kif ħoss qawwi heżżeż l-inħawi tal-Għadira.
Il-ħoss tant kien qawwi li insetma’ anke min-naħa t’isfel ta’ Malta.
Nies fil-post qalulna li l-ħoss heżżeż b’saħħa kbira, u fuq il-baħar dehret bħal daħna. U ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ xi ħsarat jew nies feruti kawża ta’ din l-isplużjoni.
Sa wara s-1am kienu għadhom għaddejin ir-rondi tal-Pulizija qrib Triq Qasam Barrani fil-Mellieħa sabiex jiġi stabbilit x’ġara eżattament.
Sorsi qrib id-Depot qalulna li dan jista’ jkun li kien xi murtal li inħaraq tard bil-lejl għall-ħabta ta’ nofs il-lejl.
