Lokali

Raġel iweġġa’ f’ħabta bejn karozza u tal-linja fl-Imqabba

Ritratt mill-arkivji

Raġel kellu jittieħed l-isptar b’ambulanza wara ħabta bejn karozza u tal-linja fl-Imqabba.

L-inċident seħħ fis-7.30 ta’ dalgħodu, meta għal xi raġuni seħħ l-impatt fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija.

Skont informazzjoni maħruġa mill-Pulizija, jidher li l-karozza Kia Rio kienet misjuqa mir-raġel ta’ 43 sena minn Ħal Luqa, filwaqt li l-karozza tal-linja tat-tip King Long kienet misjuqa minn raġel ta’ 41 sena ta’ nazzjonalità Fillipina.

Ir-raġel li kien qed isuq il-karozza privata kellu jittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Minkejja li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, jidher li l-vittma ma’ sofriex feriti gravi.

Il-Pulizija għadejja bl-investigazzonijiet tagħha f’dan il-każ.