Lokali

Splużjoni li għadha misteru; il-Pulizija ma jsibu xejn u residenti jgħidu li kien murtal qawwi

Tfittxija matul il-lejl tirriżulta fin-negattiv; l-ebda rapporti ta' ħsarat

Irriżultat fin-negattiv it-tfittxija tal-Pulizija wara li fil-lejl li għadda fil-Mellieħa instema’ ħoss qawwi li heżżeż l-inħawi. Sa wara s-1am kienu għadhom għaddejin ir-rondi tal-Pulizija qrib Triq Qasam Barrani fil-Mellieħa sabiex jiġi stabbilit x’ġara eżattament. Xi ħaġa li sa issa għadha kemmxejn misteru.

Il-Pulizija ikkonfermawlna li ma rriżultax li kien hemm nies feruti jew li instabu xi ħsarat fiz-zona.

Fl-istess waqt, sorsi qrib id-Depot qalulna li dan jista’ jkun li kien xi murtal li inħaraq tard bil-lejl għall-ħabta ta’ nofs il-lejl.

Waħda mir-residenti Melleħin qalet “mid-dar tiegħi instema’ sew u mit-terrazzin tiegħi rajt daħna minn naħa tal-iskola. S’issa ma nafx x’kien. Pero’ ħoss ta’ spluzzjoni smajna”.

AĠĠORNATA: Ħoss ta’ splużjoni qawwija fil-Mellieħa