Lokali

Tmut il-Minority Leader ta’ Pembroke u preżentatriċi ta’ NET FM Evelyn Vella Brincat

Tard il-Ġimgħa filgħaxija tħabbret il-mewt tal-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u preżentatriċi ta’ NET FM u anke NET Television Evelyn Vella Brincat.

Evelyn Vella Brincat tibqa’ mfakkra għall-ħidma tagħha fil-Partit Nazzjonalista iżda wkoll tispikka fiha kienet l-imħabba tagħha lejn l-annimali fejn anke preżentat programmi tat-televiżjoni u anke tar-radju dwar dan is-suġġett.

Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ media.link communications tesprimi l-kondoljanzi tagħha lill-familjari u ħbieb ta’ Evelyn.

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Evelyn Vella Brincat