Lokali

AĠĠORNATA: Natalie Paterson hi l-mara li tilfet ħajjitha wara inċident tat-traffiku fit-triq tal-Għadira

Natalie Paterson, anzjana ta’ 63 sena mill-Gżira tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħadd waranofsinhar fit-triq tal-Għadira.

L-anzjana kienet abbord mutur tat-tip Kymco Agility, misjuq minn raġel ta’ 52 sena mir-Rabat, li għal xi raġuni ħabat ma’ coach, misjuqa minn raġel ta’ 40 sena minn Birkirkara.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.20pm.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjana, li mill-ewwel dehret li kienet f’kundizzjoni kritika.

Fil-fatt, hi tilfet il-ġlieda kontra l-mewt ftit wara li waslet l-Isptar.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li l-Maġistrat tal-għassa Joe Mifsud qed imexxi Inkjesta, mgħejjun minn għadd ta’ esperti.

Fil-ħin li ġej mistennija ssir l-awtopsja fuq il-katavru tal-mara