Minkejja l-ħidma delikata għas-salvataġġ ta’ fjamingu li nqabad f’wires tad-dawl, minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ħaddiema tal-Enemalta, il-fjamingu miet mill-feriti li ġarrab.
Il-fjamingu nqabad f’wires tad-dawl li hemm qrib Popeye’s Village. Bħala parti mill-operazzjoni ta’ salvataġġ, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jibagħtu trakk bil-hydraulic u b’tim magħmul minn uffiċjal u żewġ pumpiera li kienu stazzjonati fl-istazzjon li hemm ix-Xemxija.
Minħabba r-riskji marbuta, il-cables tad-dawl kellhom jiġu deattivati minn ħaddiema tal-Enemalta qabel bdiet il-ħidma. Qabel bdiet il-ħidma biex il-fjamingu jinħall mill-irbit, il-ħaddiema tal-Enemalta assiguraw ukoll li ma kienx fadal kurrent elettriku għaddej mill-cables.
Għal iktar sigurtà, il-ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili libsu ilbies protettiv għal kontra l-elettriku.
Malli l-fjamingu ġie meħlus, dan ġie mgħoddi lil xi uffiċjali tal-Birdlife li kienu fuq il-post tul l-operazzjoni kollha.
//= $special ?>