Futbol Lokali Sport

Gżira United jisfidaw lis-Sindku Laburista biex jissostanza l-allegazzjonijiet tiegħu

In-negattività u tfiegħ ta’ tajn lejn il-klabb, li matul dawn l-aħħar tlett staġuni kiteb paġni ġodda ta’ suċċess fil-kisbiet tal-klabb u li permezz tagħhom hemm għaqda fost is-supporters u l-poplu Gżirjan, qed jigu mminati minn dan l-agir tas-Sindku. Qal dan il-klabb tal-futbol tal-Gżira fil-konfront tas-Sindku Laburista tal-Gżira Conrad Borg Manche.

Fl-istqarrija, Gżira United FC indirizzat direttament lis-Sindku Laburista tal-Gżira Conrad Borg Manche, fejn akkużawh li qed jagħmel allegazzjonijiet serji u bla bażi – kif qed joħloq tensjoni u firda bla bżonn meta l-uffiċju tiegħu għandu jkun wieħed li jgħaqqad u mhux jifred lill-Gżirjani.

Il-Kumitat qal li s-Sindku Laburista għamel tliet allegazzjonijiet serji, dik li l-klabb qed jaħmel azzjonjiet li huma ta’ kapriċċ u qed itelfu l-ħidma li saret fil-passat, li qed jagħmlu l-flus minfuq dahar it-tfal, u li qed jinqeda minn propjetà tal-klabb minħabba inċertezza li hemm fil-proġett.

Fir-risposta tagħhom, il-klabb ta’ Gżira United qalu li n-Nursery tat-tfal hija telf finanzjarju kbir għall-klabb – iżda qed tiġi ffinanzjata mill-isponsors u dħul ieħor li jagħmel il-klabb, aħseb u ara kemm se jagħmlu l-flus minn fuqha. Il-klabb qal li hu dejjem baqa’ jagħti l-faċilitajiet lill-Kunsill għall-attivitajiet tiegħu kif ukoll baqa’ jżomm livell baxx ta’ miżati.

“Is-Sindku jaf ukoll illi meta nghata c-cans sabiex imexxi n-nursery huwa qabad u qaccat persuni li verament kienu qed jahdmu b’qalb kbira ghall-istess interess tan-nursery, fosthom l-unika persuna li kellha licenzja mehtiega biex in-nursery tkun licenzjata mill-Assocjazzjoni (MFA). Minkejja li kien fit-tmexxija hu, ix-xoghol necessarju sar minn zewg membri tal-Kumitat tal-kbar u voluntier iehor u dana sabiex il-Gzira United tkompli bin-nursery imma ukoll tkun tista’ tikkompeti fl-Ewropa League. Li kieku l-affarijiet hallejnihom f’idejn is-Sindku, il-Gzira ma kenitx tikteb l-pagna taghha fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Qed nghiduha llum ghaliex minkejja n-nuqqas bqajna kwieti u hdiemna ahna ghaliex fhimna li setgha kellu impenji ohra li bihom ma kienx qed ilehhaq. Pero’ ma hrigniex fil-berah nikkritikawh u hallejnieh ukoll jifrah b’rix haddiehor biex tisseddaq l-ghaqda fost il-Gzirjani. Il-kliem iqanqal u l-ezempju ikaxkar”, tgħid l-istqarrija.