Sport Sport Ieħor

Kiki Bertens tegħleb lil Simona Halep fil-finali ta’ Cincinnati

Kiki Bertens (lemin) (Ritratt: EPA)

In-numru wieħed tad-dinja Simona Halep falliet match point u wara kienet megħluba mill-Olandiża Kiki Bertens fil-finali ta’ Cincinnati.

Halep rebħet l-ewwel set faċilment 6-2, iżda fit-tieni set il-logħba saret iktar bilanċjata bis-set imur għat-tie break. Kien f’dan it-tie break li Simona Halep kellha fejn tagħlaq il-logħba u tirbaħ it-titlu iżda falliet milli tagħmel dan u Bertens approfittat biex rebħet it-tie break u b’hekk sfurzat it-tielet set.

It-tielet set kien għal kollox dominat mill-Olandiża li kienet qed tilgħab l-ewwel finali tagħha. Bertens rebħet is-set 6-2 biex b’hekk temmet serje ta’ disa’ rebħiet konsekuttivi minn naħa ta’ Simona Halep.

Tags