Minkejja l-istqarrija li fiha l-Partit Nazzjonalista appella lil Gvern biex irodd lura l-flus li numru ta’ familji Maltin ħallsu żejda f’kontijiet għolja tad-dawl, il-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li jibqa’ sieket u ma ta l-ebda indikazzjoni li l-Gvern se jrodd lura dak li hu tal-familji Maltin bi dritt.
Dan meta f’intervista li xxandret fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, l-Prim Ministru tkellem biss fuq is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u l-battibekki li jeżistu bejn pajjiżna u l-gvern Taljan. Hu spjega l-kas tal-Acquarius fejn qal li issa l-vapur jinsab f’Marsilja fi Franza, l-port tas-sidien tiegħu.
Il-Prim Ministru għamel referenza ukoll għar-rejd li sar din il-ġimgħa f’razzett lokali instab li kienu qed jgħixu mijiet ta’ immigranti. Muscat qal li wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn tipi differenti ta’ immigranti filwaqt li għandu dejjem jiġi kkundannat l-isfruttament.
Dwar it-traġedja f’Genova, l-Prim Ministru qal li din hija tbeżbiża għal kull Gvern biex l-infrastruttura tal-pajjiż u l-manutenzjoni jkunu dejjem prijorita’.
//= $special ?>