L-isforzi tas-salvataġġ fl-Istat ta’ Kerala laħqu livell intensiv wara għargħar diżastruż, filwaqt li naqset ix-xita qliel mill-istaġun tal-monsoon.
Intant, numru ta’ zoni baqgħu mgħarrqin, bil-ħelikopters tal-qawwiet tal-ajru u tal-baħar isalvaw numru kbir ta’ nies li spiċċaw iżolati fuq is-soqfa tad-djar. L-istess ħelikopters anki tefgħu l-provisti tal-ikel (permezz ta’ airdrop) fiz-zoni fejn kien għad hemm nies oħrajn li ma setgħux jintlaħqu mill-ajru.
Mietu ’l fuq minn 350 persuna fl-għargħar, b’eluf jispiċċaw maqtugħin f’zoni għalihom f’ċirkustanzi ta’ emerġenza assoluta.
L-iskwadri għas-salvataġġ kienu qed jikkonċentraw fuq il-belt ta’ Chengannur, maġenb xmara, u fejn kien hemm l-eluf ta’ nies f’inħawi li spiċċaw inaċċessibbli.
Il-kriżi umana qed issir dejjem aktar akuta fost l-inkwiet li ‘imutu aktar nies’ b’kaġun tas-sitwazzjoni diffiċli li mistennija taqleb għall-agħar.
Hemm ukoll pronostiku ta’ aktar xita fl-inħawi, b’mijiet ta’ dgħajjes tal-Gvern ukoll qegħdin jgħinu fl-isforzi tas-salvataġġ madwar Kerala. Fl-istess ħin, is-sajjieda lokali qegħdin jagħtu appoġġ kruċjali lill-isforzi ta’ fejda f’din is-sitwazzjoni ddisprata.
//= $special ?>

