Lokali

Titjira tat-Tunisair tintlaqat minn dewmien ta’ aktar minn 10 sigħat

Passiġġieri abbord it-titjira UG1300 tat-Tunisair mit-Tuneżija lejn Malta qed jesperjenzaw dewmien ta’ mill-anqas 10 sigħat. Dan hekk kif it-titjira kellha titlaq għall-ħabta tal-11am, iżda għal xi raġuni, it-titjira għadha ma telqitx.

Fil-fatt, minn informazzjoni li waslet għand NETnews.com.mt, wara d-dewmien, il-passiġġiera kienu nfurmati li se jkunu qed jaslu Malta għall-ħabta tat-8pm. Madankollu, sad-9pm, is-sistema tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kienet għadha ma turi l-ebda aġġornament tal-ħin.

Mhux magħruf x’wassal għal dan id-dewmien, hekk kif nifhmu li l-passiġġieri mhux qed ikunu aġġornati b’dak li qed jiġri.