Raġel armat b’sikkina nqatel hekk kif daħal f’għassa tal-Pulizija u pprova jħebb għal dawk li kien hemm ġewwa fost għajat ta’ “Allahu Akbar”.
L-attakk seħħ f’Cornellà de Llobregat, qrib Barċellona, u f’dak li l-Pulizija qalu kien attakk terroristiku.
Ir-raġel kien identifikat bħala Abdelouahab Taib, Alġerin ta’ 29 sena, u seħħ tlett ijiem wara li Spanja fakkret il-qtil ta’ 17-il persuna fl-attakki ta’ sena ilu f’Barċellona u Cambrils, f’attakk li r-responsabbiltà tiegħu kienet ittieħdet mill-ISIS.
Attakk f’għassa tal-Pulizija fi Spanja


