Internazzjonali

FILMAT: Il-mument eżatt meta ġġarraf il-Ponte Morandi

Il-video inħareġ illum mill-Guardia di Finanza

Filmati meħuda minn kameras CCTV juru l-mument eżatt li fih krolla l-pont ta’ Genova – traġedja li ħalliet pajjiż sħiħ issummat, u li ħasdet il-ħajja ta’ 43 persuna. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa miet wieħed mill-persuni li kien rikoverat l-isptar.

Dawn il-kameras tas-sigurta’ jinsabu taħt il-pont, u juru l-mument eżatt meta ġġarraf il-Ponte Morandi.

Wara din it-traġedja għad hemm żewġ persuni fil-periklu tal-mewt.

Intant, illum bdew jitqassmu l-ewwel djar lil numru żgħir ta’ familji li huma fost għexieren li m’għandhomx saqaf fuq rashom wara li krolla dan il-pont.

Mil-lum ukoll, partijiet mit-toroq prinċipali li jwasslu lejn Genova infetħu b’xejn għas-sewwieqa, u mhux qed jintalab ħlas fuq l-autostarda.