Internazzjonali

Il-Papa f’ittra lill-Kattoliċi dwar il-każi ta’ abbuż sesswali

Il-Papa Franġisku kiteb ittra bla preċedent lill-Kattoliċi madwar id-dinja fejn talabhom jgħinuh jelimina l-każi ta’ abbuż sesswali fil-Knisja Kattolika u wiegħed li ma kienx se jkun hemm aktar ħabi ta’ każijiet.

Il-Papa rrefera għat-tbatija li jgħaddu minnha dawk li jisfgħu abbużati sesswalment f’dak li qal “kien numru sinifikanti ta’ membri tal-kleru u nies ikkonsagrati”. Hu qal ukoll li l-uġigħ tal-vittmi kien injorat għal wisq żmien.

Fl-ittra hu anmmetta li l-linja li xejn ma jkun ittollerat f’dak li huma każijiet ta’ abbuż sesswali ma kinitx imdewma f’xi postijiet.

Il-Knisja Kattolika fl-Istati Uniti, iċ-Ċilì, l-Awstralja u l-Irlanda – b’dan il-pajjiż tal-aħħar fi tmiem il-ġimgħa se jkun lok ta’ żjara ta’ jumejn mill-Papa – kellhom sensiela ta’ każijiet serji ta’ abbuż sesswali ta’ minuri minn xi membri tal-kleru. Stħarriġ li sar f’dawn il-pajjiżi wera li l-appoġġ u l-fiduċja fil-Knisja Kattolika kienu qed imajnaw b’rata allarmanti.