Fil-ħarġa tal-bieraħ, il-gazzetta tal-GWU “It-Torċa” kellha tagħmel apoloġija lil Dr.Nickie Vella de Fremeaux, mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, għall-mod qarrieqi kif kien interpretat kliemha f’intervista. Ta’ min jgħid li din kienet l-ewwel intervista ta’ mara ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista li kienet ppublikata fuq il-gazzetta t-Torċa.
Dan wara li fil-ħarġa tal-Ħadd ta’ qabel, kien ippubblikat rapport dwar intervista li saret ma’ Nickie Vella de Fremeaux. Iżda dan ir-rapport kien mimli ineżattezzi u miżinterpretazzjonijiet.
Kien għalhekk li fil-ħarġa tal-bieraħ, l-intervista kellha tkun ippubblikata fis-sħiħ, minbarra li saret l-apoloġija għan-nuqqas min-naħa tal-gazzetta.
Il-mod qarrieqi kif kienet rappurtata l-intervista wasslet għal kritika qawwija, hekk kif it-tibdil ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dak li qalet verament mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Fl-apologija It-Torċa ddeskrivi lil Nickie Vella de Fremeuax bħala avukat li ħadmet qatigħ fil-qasam soċjali. Kien deskritt li meta kienet kkuntattjatiha hi tkellmet prinċiparjament fuq l-ibbuljar u fl-ebda ħin ma tkellmet fuq kwistjonijiet politiċi jew persuni oħra li kif seta’ ta l-impressjoni l-artiklu.
Intqal li Nicky Vella de Fremeaux trid taqta’ l-iżbilanċ fil-politika u l-mibegħda. Dr. Nickie Vella De Fremeaux ilha taħdem bħala avukat fil-qasam tal-liġi tal-familja u tat pariri legali lill-aġenzija Appoġġ għal madwar sitt snin.
Fl-Intervista Nickie Vella de Fremaux tkellmet dwar il-bulliżmu, sostniet li l-intervent tal-amministrazzjoni ta’ skola , jew inkella ta’ persuna adult jew awtorità huwa neċessarju.
Sostniet li l-mibegħda u n-negattività fuq twemmin politiku għandha tkun indirizzata għax hi l-kaġun ta’ ħafna ħsara u ġlied fil-pajjiż – li jwassal għal ġlied kbir bejn familjari, ħbieb u saħansitra jinkisru familji.
Saħqet li l-għajnuna għall-vittmi tal-bullying mhux biss hi importanti imma hi essenzjali.