Internazzjonali

L-ATTAKK B’MARTELL: Il-vittmi joqgħodu tliet bibien ‘il bogħod

It-tifla spiċċat vittma wara li marret tiġri tgħin lil ommha

Il-media Ingliża għadha qed issegwi mill-qrib il-każ tal-attakk barbaru li seħħ f’Adderley Gardens fin-nofsinhar ta’ Londra.

Issa, il-ġurnal The Sun żvela li l-vittmi kienu joqgħodu 3 bibien biss ‘il bogħod mid-dar ta’ Joe Xuereb – ir-raġel ta’ nisel Malti li wettaq l-attakk b’martell fuq żewġ nisa.

L-attakk fuq il-mara ta’ 30 sena u l-oħra ta’ 64 sena seħħ f’12.10pm, u l-allegat agressur Malti ġie arrestat fis-7.35pm wara li mara baqgħet issegwih bil-karozza tagħha sakemm il-Pulizija arrestawh.

Xuereb għandu 27 sena.

Jidher illi wara l-aggressjoni, iż-żagħżugħ tela’ fuq ir-rota u kompla għal triqtu.

Il-mara ta’ 30 sena ġiet identifikata bħala Ania Gos, filwaqt li ommha jisimha Eltham.

Joseph Xuereb