Kmieni dalgħodu, raġel ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa, għal xi raġuni waqa’ minn għoli u sofra ġrieħi serji. Jidher li meta waqa’, il-vittma ġie wara ċint għoli madwar sitt filati.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa minħabba li nstemgħet persuna tgħajjat għall-għajnuna.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lir-raġel. Wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
//= $special ?>