Internazzjonali

Raġel ta’ nisel Malti iwettaq attakk b’martell f’Londra

Joseph Xuereb
Tnejn jinsabu fil-periklu tal-mewt

Kien deskritt bħala “attakk tal-biża'” dak li seħħ ilbieraħ f’Londra; każ li fih kien involut raġel ta’ nisel Malti.

Il-vittmi tal-attakk kienu omm u t-tifla tagħha li ġew attakkati minn raġel ta’ dixxendenza Maltija b’martell. It-tnejn li huma għandhom wiċċhom imbiċċer, u jinsabu fil-periklu tal-mewt.

L-attakk fuq il-mara ta’ 30 sena u l-oħra ta’ 63 sena seħħ f’12.10pm, u l-allegat agressur, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat fis-7.35pm wara li mara baqgħet issegwih bil-karozza tagħha sakemm il-Pulizija arrestawh.

Jidher illi wara l-aggressjoni, iż-żagħżugħ tela’ fuq ir-rota u kompla għal triqtu.