Matul il-ġranet li ġejjin mistenni jkompli t-temp ikrah li ddomina x-xahar ta’ Awwissu. Dan hekk kif it-tbessir tat-temp għal din il-ġimgħa qed juri li bejn illum u l-Ħamis se jkollna ġranet bix-xita.
Kemm illejla kif ukoll għada mistennija maltempati bir-ragħad. L-Erbgħa mbgħad hemm ċans kbir li tagħmel ix-xita f’xi ħin tal-ġurnata.
Il-probabbilta’ li tagħmel xita illum hi ta’ 55 fil-mija.
Interessanti wkoll illi t-temperaturi sa tmiem il-ġimgħa se jinżlu għal 27 grad celcius.
//= $special ?>