Ħadd ma ndarab wara li kienu sparati diversi tiri ta’ arma tan-nar lejn l-Ambaxxata Amerikana f’Ankara.
L-inċident seħħ ftit qabel is-sebħ u hekk kif bejn it-Turkija u l-Istati Uniti hemm tensjoni kbira minħabba l-arrest ta’ reliġjuż Amerikan.
B’kollox kienu sparati sitt tiri lejn kanċell li hemm mal-bini fil-5.30am.
Din il-ġimgħa l-Ambaxxata tinsab magħluqa minħabba l-festa Iżlamika tal- Eid al-Adha.
Sparati tiri lejn l-ambaxxata Amerikana f’Ankara


