Lokali

Żagħżugħ b’feriti gravi wara li ttajjar f’Birkirkara

Żagħżugħ ta’ 14-il sena li kien qed isuq ir-rota f’Birkirkara weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ fit-8.30pm fi Triq Fleur-De-Lys meta għal xi raġuni żagħżugħ intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 66 sena li joqgħod il-Belt Valletta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żgħażugħ l-Isptar Mater Dei. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li ġarrab feriti gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.