Lokali

Air Malta bi sħubija ma’ Ryanair

Il-kumpanija Air Malta se tkun qed tuża s-sit tal-kumpanija tal-ajru Ryanair biex tbiegħ xi rotot .

Is-sħubija ġiet imħabra llum f’konferenza stampa li saret mill-Air Malta hekk kif l-istess kumpanija se tuża s-sit eletroniku ta’ Ryanair biex tbiegħ 21 rotta.

Din is-sħubija saret wara li l-Air Malta investit fis-sistema tal-IT biex tkun tista’ tindirizza n-nuqqasijiet li l-kumpanija kellha online.

Il-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li ‘l quddiem Air Malta se tkun qed tinvesti iktar biex isiru iktar kollaborazzjonijiet mal-istess kumpanija fil-futur.

B’din il-kollaborazzjoni bejn Air Malta u Ryanair se jkun hemm 21 rotta mibjugħa f’sit elettroniku li fih jidħlu mal-50 miljun persuna fix-xahar u hi disponibbli fi 17-il lingwa differenti.