Lokali

ARA: Erba’ dniefel joffru spettaklu fl-ibħra Maltin

Grupp ta’ erba’ dniefel paxxew lill-baħrin li kienu abbord bastiment li kien qed ibaħħar fl-ibħra Maltin.

Fil-filmat, mibgħut lilna minn wieħed mill-baħrin, jidhru d-dniefel jakkumpanjaw il-bastiment madwar 5.5 mili ‘l barra mill-Port il-Kbir.

F’kummenti lil net News, il-baħri Eġizzjan Shoiab Ahmed li jaħdem ma’ kumpanija lokali spjegalna kif qabel ħa dan il-filmat, id-dniefel bdew jaqbżu tnejn tnejn mill-baħar fi spettaklu mill-isba.