Eks-kollaboratur Nażista ta’ 95 sena, li fit-Tieni Gwerra serva bħala gwardjan tal-SS f’ kamp tal-priġunieri fil-Polonja, wasal il-Ġermanja wara battalja twila dwar id-deportazzjoni tiegħu fl-Istati Uniti.
Jakiw Palij ilu ‘bniedem mingħajr Stat’ mindu imħallef federali rtiralu ċ-ċittadinanza Amerikana fl-2003, Il-Ġermanja damet is-snin tirrifjuta li taċċetta lil Palij peress li hu ma kellu qatt nazzjonalità Ġermaniża, iżda hu, issa, jinsab f’dar għall-anzjani fil-belt ta’ Dusseldorf.
L-awtoritajiet jemmnu li Palij kien l-aħħar kollaboratur tan-Nazi li kien għadu jgħix fl-Istati Uniti u wara li hu kien twieled f’zona tal-Polonja li llum tifforma parti mill-Ukrajna.
Fl-1943, Palij kien tħarreġ fil-kamp tal-SS ta’ Trawniki fil-Polonja (dak iż-zmien okkupata min-Nażisti) u fejn tħarrġu eluf ta’ ċivili minn dik iz-zona, li, maż-żmien, laħqu bħala gwardjani għan-Nażisti fil-kampijiet tal-mewt ta’ Sobibor u Belzec.
//= $special ?>

