Sewwieq ta’ mutur sofra minn ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00pm fi Triq San Tumas. Għal xi raġuni vettura misjuqa minn Somalu ta’ 31 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex kellha impatt mal-mutur misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>