Liverpool jinsabu f’diskussjonijiet ma’ Besiktas biex il-gowlkiper Loris Karius jingħaqad magħhom b’self għal sentejn. Karius għadu ma lagħbx logħba kompetittiva minn meta għamel żewġ żbalji kbar fil-finali taċ-Champions League kontra Real Madrid f’Mejju li għadda.
Ix-xahar l-ieħor Liverpool akkwistaw lill-gowlkiper Brażiljan Alisson f’dik li sa dak iż-żmien kienet somma rekord għal gowlkiper. Karius li għandu 25 sena, vjaġġa mal-iskwadra iżda ma kienx inkluż fit-tim għall-partita li Liverpool kellhom kontra Crystal Palace.
Jekk jaqbel li ma jmur b’self, Simon Mignolet ikun ir-riserva ta’ Alisson li ffirma l-kuntratt tiegħu wara li ngħaqad mingħand Roma għal €72.5 miljun.
Besiktas li huma 15-il darba rebbieħa tal-kampjonat Tork, għandhom l-għażla li jixtru lil Karius fi tmiem is-self tiegħu. Huma bħalissa jinsabu fil-quċċata wara li rebħu l-ewwel żewġ logħbiet tal-istaġun.
//= $special ?>