Żdiedu l-immigranti mill-Veneżwela li qegħdin jaqsmu lejn il-Brażil minkejja l-attakki li seħħew fi tmiem il-ġimgħa fuq kampijiet tal-immigranti mal-fruntiera Brażiljana.
Dan meta kelliema għall-Armata Brażiljani kienu qegħdin jistennew aktar mijiet ta’ Veneżolani fl-Istat ta’ Roraima, b’dan l-ammont jindika żieda qawwija fuq il-medja tal-immigranti li qegħdin jaslu hemm kuljum.
L-ammonti tan-nies li qed jippruvaw jaħarbu mill-kollass ekonomiku tal-Veneżwela sadanittant qegħdin iżidu t-tensjoni fir-reġjun.
Madankollu l-Ministeru tas-Sigurtà fil-Brażil qal li mhix se tingħalaq il-parti tal-fruntiera mal-Veneżwela għaliex ħaġa bħal din tkun illegali. Il-Brażil, waqt li ammetta dwar it-tensjoni mal-Veneżwela, qal li ma jeżisti l-ebda stat ta’ konflitt mal-ġar.
Qed jaslu wkoll aktar qawwiet tas-sigurtà fl-artijiet tal-fruntiera u wara l-vjolenza ta’ tmiem il-ġimgħa qrib il-belt ta’ Pacaraima. Dan waqt li l-Gvern tal-Istat ta’ Roraima kien talab lill-Qorti Suprema biex twaqqaf, għal żmien, id-dħul tal-immigranti mill-Veneżwela ‘minħabba li s-servizzi soċjali ma setgħux ilħaqqu mas-sitwazzjoni’.
//= $special ?>

