Lokali

Raġel f’diffikultà jittella’ mill-baħar fil-Bajja tal-Armier – jitlef ħajtu

Raġel li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fil-Bajja tal-Armier ftit qabel nofsinhar ittella’ mill-baħar mitluf minn sensieh.

Persuni fil-post iddikjaraw li malli ttella’ mill-baħar minn dawk preżenti,  fil-qrib inzerta kien hemm grupp ta’ infermieri u tabib mill-Isptar Mater Dei li għal kważi tliet kwarti taw l-ewwel għajnuna fil-post sakemm waslu membri tas-Salib l-Aħmar kif ukoll ambulanza biex hu ttieħed lejn l-isptar.

Persuni mill-post spjegawlna kif il-professjonisti mediċi fuq il-post, li jiffurmaw parti mis-CPR Team tal-Isptar Mater Dei għamlu minn kollox biex isalvaw ħajjet ir-raġel, iżda sfortunatament hu kien konfermat mejjet mal-wasla tiegħu.

Il-vittma hu Ingliż ta’ 76 sena.