Dalgħodu fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta, ingħatat l-aħħar tislima lil Evelyn Vella Brincat.
Minbarra l-familjari ta’ Evelyn, għal din l-aħħar tislima attenndew bosta persuni fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u martu Dr. Nickie Vella De Fremeaux, il-viċi kapijiet, ex kapijiet, deputati, sindki, kunsillieri, kandidati, u kollegi ta’ Net TV u Net FM li tul is-snin ħadmu ma’ Vella Brincat. Preżenti kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv ta’ Media.link Communications Pierre Portelli.
Il-quddiesa ġiet iċċelebrata minn Fr Victor Paul Farrugia u diversi saċerdoti oħra.
Fi tmiem il-quddiesa, dawk preżenti nfexxew f’ċapċipa twila b’tislima lil Evelyn Vella Brincat.
Evelyn Vella Brincat kienet Kunsilliera u Minority Leader f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq Pembroke, membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-partit u President tal-Kulleġġ Kandidati tal-PN.
Barra minn hekk hija kienet ukoll preżentatriċi fuq NET TV u fuq NET FM. Vella Brincat kienet magħrufa partikolarment għall-imħabba kbira li kellha lejn l-annimali.
NETNEWS isellem lil Evelyn Vella Brincat u jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tagħha.
//= $special ?>