Lokali

U-turn mill-Gvern: Ġew sospiżi l-avviżi legali dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol li ħarġu dalgħodu

Wara li l-Gvern ippubblika erba' avviżi legali bis-serqa, issa ssospendihom u lest jibda diskussjonijiet dwarhom

Wara li dalgħodu, il-Gvern ħareġ avviżi legali li jittrattaw kundizzjonijiet tax-xogħol, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza fi stqarrija qal li dawn se jiġu sospiżi.

Il-Gvern qal li wara li ġew ippubblikati kien hemm diskussjoni mal-imsieħba soċjali dl-ambitu tal-Bord tar-Relazzjonijiet Industrijali, filwaqt li żied li wara li ġew sospiżi dawn l-avviżi legali, issa se jitpoġġew fuqi l-mejda tad-diskussjoni mal-imsieħba soċjali.

Aktar kmieni llum, il-GRTU, il-Kamra tal-Kummerċ, Industrija u Intrapriża, l-Assoċċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, u l-Assoċċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti flimkien ħarġu stqarrija fejn esprimew id-diżappunt tagħhom għall-mod kif erba’ legal notices dwar relazzjonjiet industrijali li ġew introdotti bis-serqa fil-jiem li għaddew.

Dan wara li dawn il-legal notices daħlu fis-seħħ lejliet Santa Maria, mingħajr l-għarfien tal-assoċċjazzjonijet imsemmija jew konsultazzjoni f’dan ir-rigward. L-avviżi legali jemendew fost l-oħrajn liġijiet dwar il-leave u l-payslips.

Fid-dawl ta’ dan, dawn l-erba’ assoċjazzjonijiet qed jirrifjutaw li jattendu għal-laqgħat mal-Bord għar-Relazzjonjiiet Industrijali.

Aħbarijiet relatati:

Jiddaħħlu erba’ Legal Notices bis-serqa: Organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem mhux konsultati