Lokali Saħħa

“Anke l-muskoli tal-pulmun telqu” – Bjorn

In-nifs mar lura u se jkollu jagħmel operazzjoni li tista' tħallih paralizzat

Fit-3 ta’ Settembru li ġej, Bjorn Formosa se jkun qed jagħmel operazzjoni maġġuri li biha jista’ jibqa’ kompletament ipparalizzat. Tnat illi lanqas għajnejh ma jkun jista’ jċaqlaq, u mhux se jkun jista’ jitkellem aktar.

Iżda kif spjega Bjorn stess permezz ta’ video li ġie ppublikat fuq il-media soċjali, “jekk ma nagħmel xejn mhux se ndum biex immut”.

Waqt intervista ma’ Xarabank Bjorn spjega kif il-kundizzjoni tal-ALS qed tipprogressa b’pass mgħaġġel tant li n-nifs tiegħu mar ħafna lura fl-aħħar ġimgħat. Hu qal illi anke l-muskoli tal-pulmun telqu, u din hi xi ħaġa serja ħafna.

Tags