Qattiel Ingliż li ilu maħrub mill-Pulizija Ingliża għal iktar minn sena, fl-aħħar ġie arrestat.
Shaun Walmsley ta’ 29 sena kien qed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li kien wettaq qtil fl-2015.
Hu ħarab mill-kustodja tal-Pulizija fi Frar 2017 waqt żjara li kellu fi sptar f’Liverpool. Il-ħarba seħħet meta l-Pulizija li kienu qed jgħassuh, spiċċaw ikkonfrontati minn persuni armati li għenu lil Walmsley jaħrab.
Tul dan iż-żmien kollu, hu kien spiċċa l-iktar persuna mfittex fl-Ingilterra bi sforzi saħansitra internazzjonali biex jinstab.
Minn informazzjoni li għandu NET News, il-qattiel Ingliż għandu rabtiet ma’ Malta peress li għandu xi qraba tiegħu jgħixu Malta – fosthom nanntu.
Għalkemm mhux magħruf fejn kien qed joqgħod sakemm kien maħrub, hemm filmati li juru l-mument li Walmsley ġie arrestat f’Leeds, l-Ingilterra minn Pulizija armati.
//= $special ?>