Membri tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin ħidma biex jikkontrollaw nar qawwi li ħakem żona qalb l-għelieqi bejn Ħad-Dingli, ir-Rabat u ż-żona magħrufa bħala ta’ Santa Katerina.
L-ewwel rapporti tan-nar saru għall-ħabta tal-11:30 tat-Tlieta filgħaxija, bil-fjammi jidhru sew mill-inħawi tal-madwar, bil-ħidma li qed issir bl-iskop li dan ma jkomplix jinfirx anke għall-fatt li wħud mill-għelieqi tal-madwar huma mimlija ħaxix niexef.
Biża’ fost l-oħrajn għal irziezet li hemm fiż-żona, anke għaliex fl-2014 fl-istess żona kien qabad razzett tal-baqar fejn inqerdu tiben u magħlef tal-baqar għal valur ta’ madwar €100,000.
//= $special ?>