Ambjent Lokali

FILMAT: Ifaqqsu l-bajd tal-fkieren fil-Ġnejna

Nature Trust tgħid li faqqsu 116

Il-frieħ tal-fkieren issorprenda lil dawk li kienu fil-bajja tal-Ġnejna meta ħarġu mill-bejta matul il-lejl, wara perjodu ta’ inkubazzjoni li kien ta’ success, minkejja ix-xita li heddedt il-vijabilità tal-bajd f’din il-bejta.

Nature Trust Malta (NTM) u l-voluntiera li kienu preżenti infurmaw immedjatament lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-avveniment li seħħ fil-bajja u għamlu l-ewwel interventi biex il-frieħ jasslu sa l-ilma bl-inqas periklu possibbli.

Il-frieħ huma miġbuda lejn id-dawl tal-qamar li jdawwal il-wiċċ tal-baħar u l-ewwel rispons naturali tagħhom, meta joħorġu mill-bajd, huwa li jgħumu lejn id-dawl. B’hekk, l-ERA u Nature Trust azzjonaw il-pjan tagħhom biex jitnaqqas l-effett tad-dawl artifiċjali u biex tneħħi xi ostakli fiżiċi fil-bajja biex tiżgura li l-ewwel vjaġġ tal-frieħ ikun wieħed ta’ suċċess.

Hu mifhum li kienu aktar minn 100 il-bajd tal-fkieren li faqqsu.