Wara r-rapport ta’ dan is-sit illi t-Tlieta filgħaxija nar qawwi ħakem razzett fi Triq Ħad Dingli fil-limiti tar-Rabat, illum NET News jista’ jikkonferma li n-nar infirex wara li għal xi raġuni qabad tiben f’razzett, u beda jinfirex bla kontroll.
Jidher li kawża tan-nirien qawwija, żewġ karozzi, ġarrbu ħsarat estensivi.
Il-fjammi kienu jidhru sew mill-inħawi tal-madwar. Infatti, fil-post membri tal-Protezzjoni Ċivili wettqu ħidma bl-iskop li dan ma jkomplix jinfirex anke għall-fatt li wħud mill-għelieqi tal-madwar huma mimlija ħaxix niexef.
Biża’ fost l-oħrajn għall-irziezet li hemm fiz-zona, anke għaliex fl-2014 fl-istess zona kien qabad razzett tal-baqar fejn inqerdu tiben u magħlef tal-baqar għal valur ta’ €100,000.
Uffiċjali tal-Pulizija kkonfermaw li n-nar ħakem ir-razzett bejn il-11pm u nofs il-lejl.
//= $special ?>