Internazzjonali

Is-Serbja aktarx tintroduċi l-lieva militari

Is-Serbja qed tikkunsidra li terġa’ tintroduċi l-lieva militari, disa’ snin wara li kienet abolita. Il-President Aleksandar Vucic qal li dan qed ikun ikkunsdirat biex l-Armata tkun f’pożizzjoni aħjar jekk jinqala’ l-inkwiet. Fl-2011, l-Armata Serba saret waħda totalment professjonali imma baqgħet b’pagi baxxi u b’tagħmir fqir. Vucic qal li s-Serbja kienet qed tikkunsidra li tintroduċi l-lieva militari obbligatorja wara l-2020 u dan se jkun għal perjodu ta’ bejn tlieta u sitt xhur u kien jiddependi l-aktar fuq il-finanzi.