Għawdex Lokali

FILMATI: Ix-Xlendi milqut minn maltempata kbira

Ilmenti minħabba l-ammont ta' dranaġġ li ħareġ

Il-bajja popolari tax-Xlendi spiċċat mgħarqa kompletament illum wara nofsinhar, hekk kif Għawdex kien milqut minn maltempata qawwija.

Dan il-filmat li tpoġġa’ fuq Facebook juri s-saħħa tax-xita li niżlet, bit-triq ewlenija li twassal sax-Xlendi tispiċċa qisha xmara.

Skont it-tbassir tal-Uffiċċju Meterjoloġiku, jidher li l-maltemp se jippersisti anke fil-jumejn li ġejjin.