Internazzjonali Qorti

Joe Xuereb jinżamm arrestat f’Londra; il-vittmi għadhom f’kundizzjoni kritika

Joseph Xuereb
Xuereb se jidher quddiem il-Qorti ta' Old Bailey fit-18 ta' Settembru li ġej

Wara l-attakk b’martell minn raġel ta’ nisel Malti f’Adderley Gardens nhar il-Ħadd li għadda, is-suspettat tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil fuq żewġ nisa.

L-akkużat hu Joe Xuereb, żagħżgugħ ta’ 27 sena.

Iż-żewġ nisa aggrediti huma Ania Gos, ta’ 30 sena u ommha li għandha 64 sena. Skont il-Pulizija Metropolitana, it-tnejn għadhom fil-periklu tal-mewt.

Joe Xuereb deher ilbieraħ quddiem il-Qorti ta’ Bromley fejn ġie akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu arma perikoluża. Hu kien ġie arrestat f’Sidcup ftit wara l-attakk.

Sorsi qed jgħidu li omm Gos kienet fir-Renju Unit fuq żjara mill-Polonja. Jidher li l-vittmi ma kienux jafu lil Xuereb.

Is-smigħ li jmiss se jsir f’Old Bailey fiċ-ċentru ta’ Londra fit-18 ta’ Settembru.