Il-ġurnal Ingliż The Times kitbet artiklu li fih qalet li l-VAR se tagħmel id-debutt fiċ-Champions League minn dan l-istaġun. Jidher li minn xi sorsi fil-UEFA qalu li l-ogħla assoċjazzjoni tal-futbol fl-Ewropa tinsab konvinta li ddaħħal it-teknoloġija biex tgħin lir-referees.
Hu mifhum li jekk din il-bidla tidħol fis-seħħ, issir mill-kwarti tal-finali sal-finali. Din id-deċiżjoni hi ferm differenti minn dak li ħadet il-UEFA fl-aħħar xhur hekk kif kuntrarju għall-FIFA, il-UEFA kienet kontra l-introduzzjoni tal-VAR.
Probabbilment waħda mir-raġunijiet li fiha bidlet l-idea tal-UEFA kienet is-suċċess li kellha l-VAR fit-Tazza tad-Dinja, filwaqt li mill-kwarti tal-finali r-referees ikollhom biżżejjed struttura biex iħaddmu din it-teknoloġija. Din il-proposta mistennija titressaq quddiem l-eżekuttiv fis-27 ta’ Settembru li ġej.
Attwalment fl-Ewropa hemm tmien pajjiżi li qed jagħmlu użu mill-VAR. Dawn huma l-Ġermanja, il-Belġju, Spanja, l-Italja, Franza, il-Polonja, il-Portugall u t-Turkija filwaqt li fl-Ingilterra se tkun qed tidħol fl-FA Cup u l-League Cup.
//= $special ?>