Lokali

Pulizija msawwat waqt li kien ‘off’; Iweġġgħulu t-tifel ukoll

Il-Pulizija Brian Grech spiċċa msawwat minn grupp ta’ persuni waqt li dan kien mal-familja tiegħu.

L-aħbar ingħatat mill-Ispettur u President tal-POU-GWU Sandro Camilleri li fuq Facebook kiteb li Brian Grech ġie attakkat għalkemm ma kienx ‘active duty’.

Skont Camilleri, Grech kien mal-familja tiegħu meta ġie aggredit minn grupp ta’ Maltin. Żied jgħid li apparti minn hekk, l-istess grupp spiċċa ħebb għal missieru u weġġgħulu lit-tifel tiegħu ta’ erba’ snin u nofs.

Ir-raġuni għaliex PC Grech spiċċa fil-mira għadha mhix magħrufa.


Ritratti: Sandro Camilleri