Raġel armat b’sikkina nqatel mill-Pulizija f’Pariġi ftit wara li qatel żewġ persuni u darab serjament lil tnejn oħra fil-kapitali Franċiża. Ir-raġel beda jgħajjat “Allah hu l-Akbar” hekk kif wettaq l-attakk fis-subborg ta’ Trappes qrib Versilja.
Minkejja li l-ISIS ftit wara ħadet ir-responsabbil;ta tal-attakk, il-Pulizija qalet li m’hemm xejn li jindika li kien terroriżmu. Intqal li jidher li l-qtil seħħ minħabba tilwima familjarji u l-vittmi kienu omm u oħt ir-raġel li nqatel mill-Pulizija.
Attakk fatali fit-toroq ta’ Pariġi


