Il-klabbs tal-Waterpolo ta’ Exiles, Neptunes, Sirens u Sliema ħarġu stqarrija konġunta biex jesprimu d-diżappunt tagħhom għall-passi dixxiplinarji li ttieħdu kontra l-plejer Kroat ta’ San Ġiljan Paulo Obradovic li ġie sospiż logħba.
L-inċident seħħ fis-17 ta’ Awwissu fil-partita bejn San Ġiljan u Neptunes, fejn Obradovic tkeċċa b’sostituzzjoni għal protesti mir-referee Fabio Brasiliano. Hu u ħiereġ, il-Kroat tefa’ l-beritta lejn ir-referee fejn laqtu f’siequ. L-istqarrija kompliet tgħid li r-regoli jgħidu li tfigħ ta’ oġġetti li mhux potenzjalment perikolużi għandhom sospensjoni ta’ żewġ logħbiet, u tfigħ li ma jkunx ta’ suċċess jirriżulta f’logħba sospensjoni.
L-erba’ klabbs qalu li d-deċiżjoni tikkonferma li l-Kummissarju tad-Dixxiplina kkonkluda li ma kienx pruvat li kienet l-intenzjoni tal-plejer li jolqot ir-referee. Huma qalu li l-assoċjazzjoni naqset li teżerċita d-drittijiet li tiddefendi l-unur tal-uffiċjal li ħatret, kif ukoll il-prinċipji ġenerali tal-isportività, meta l-ASA naqset li tappella d-deċiżjoni li tagħti l-penalità minima ta’ inċident li ddeskrivewh bħala serju.
//= $special ?>