Karl Cini, li kien hu sħab ma’ Brian Tonna, fil-kumpannija Nexia BT, ġie interrogat għal numru ta’ sigħat, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fil-Floriana.
Cini deher ħiereġ mid-depot tal-Pulzija għall-ħabta tas-18.30, u kien akkumpanjat mill-avukat tiegħu, Stephen Tonna Lowell.
Mhux magħruf jekk Brian Tonna, is-sieħeb tac-Cini ta’ Nexia BT, ġiex imsejjaħ ukoll biex imur id-depot tal-pulizija.
NetNews ipprova jistaqsi lil Cini numru ta’ mistoqsijiet iżda madankollu l-istess Cini kellu vettura tistennieh barra d-depot, li ngħatat permess biex tidħol fil-binja tal-istess kwartieri biex Cini joħroġ permezz tal-istess vettura.
Cini flimkien ma’ Brian Tonna waqfu kumpaniji offshore fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi, u
c-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri. Fost dawn hemm il-kumpannija Egrant, allura kemm Cini u kif ukoll Tonna jafu ta’ min hi, jew għal min kienet din l-istess kumpannija.
Mhux magħruf jekk Brian Tonna, is-sieħeb tac-Cini ta’ Nexia BT, ġiex imsejjaħ ukoll biex imur id-depot tal-pulizija.
//= $special ?>