Vettura tat-tip Fiat, użata mill-Forzi Armati ta’ Malta, inqerdet wara li nħakment minn nar f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-10:45.
Net News jinsab infurmat li l-uffiċjali li kienu abbord innutaw li l-vettura kienet se taqbad, tefgħu mal-ġenb u ppruvaw jikkontrollaw in-nar. Madankollu ma rnexxielhomx jagħmlu dan.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seħħ fi Vjal il-Blue Grotto. It-triq kellha tingħalaq għal xi ħin.
Ritratti: Matthew Tabone
//= $special ?>